Eluf jinġabru għall-funeral tal-qassis maqtul

F’Rouen, fi Franza, eluf ta’ nies attendew għall-funeral ta’ Fr.Jacques Hamel, il-qassis li nqatel fi knisja minn żewġ estremisti Iżlamiċi

Eluf jattendu għall-funeral tal-qassis maqtul minn żewġ estremisti Iżlamiċi
Eluf jattendu għall-funeral tal-qassis maqtul minn żewġ estremisti Iżlamiċi

Eluf ta’ persuni nġabru fil-katridral ta’ Rouen, fin-Normandija għall-funeral ta’ Fr.Jacques Hamel, il-qassis ta’ 85 sena, li nqatel fi knisja minn żewġ estremisti Iżlmiċi, Abdel Malik Petitjean u Adel Kermiche li ħanxru għonq il-qassis. Iż-żewġ żgħazagħ ta’ 19-il sena ġew maqtula mill-Pulizija. Aktar tard instab filmat tagħhom fejn saħqu l-allejanza tagħhom lejn il-grupp terrorist IS.

Fiċ-ċerimonja li saret fil-katidral, attendew ukoll il-Ministru tal-Intern, Bernard Cazeneuve, flimkien ma numru kbira ta’ kleriċi kattoliċi u parroċjani.

Wara dan l-inċident, il-gvern Franċiz ħa passi kontra r-radikalizzazjoni, billi ħabbar l-egħluq ta’ 20 moskeja.

Barra minn dan, l-gvern qiegħed jieħu passi biex jipprovdi finanzjament alternattiv għal postijiet tat-talb Musulmani, mnħabba biżgħat dwar l-influwenzi tal-Arabja Sawdija bil-verżoni ultra-konservattivi Wahhabi tagħhom tal-Islam.

Dan il-pjan kien infatti aċċettat ukoll minn grupp prominenti ta’ Musulmani fi Franza. Bħala sinjal ta’ solidarjetà u kundanna għall-qtil ta’ Hamel, Ħafna Musulmani madwar Franza kollha attendew għall-quddiesiet kattoliċi fejn ġie mfakkar il-qassis maqtul.

More in Kronaka