Aktar kmieni dalgħodu, il-bord tal-ippjanar approva l-permess għall-iżvilupp tal-bini għoli għall-ċentru kummerċjali fl-Imrieħel.
Il-proġett se jkun jinkludi erba’ blokok ta’ 14, 16, 17 u 19 il-sular rispettivament, imdawwrin ma' pjazza ċentrali. Il-proġett kollhu se jinbena fuq medda ta’ art mitluqa ta’ 10,000 metru kwadru.
It-torrijiet, li se jkunu maqgħudin bejnietom b’passaġġi u pontijiet mibnijin fl-għoli, se jkun fihom uffiċċji u faċilitajiet għall-konferenzi, flimkien ma’ ħwienet tal-ikel u x-xorb, supermarket, showroom, gym, daycare centre u parkeġġ taħt l-art li jakkomoda l’fuq minn 1,056 karozza. Infatti, dan iċ-ċentru se jagħti kontribut sostanzjali biex iż-żona tal-madwar tiżviluppa b’waħda ta’ kummerċ tal-aqwa kwalità li toffri anke possibiltajiet għal impjiegi.
L-applikazzjoni għall-dan il-proġett ġiet aċċettata wara li sar studju dwar l-impatt ambjentali li se jkollu dan il-proġett u ġie pruvat li dan se jkolli impatt minimu fuq l-ambjent tal-madwar. Waqt il-proċess tal-applikazzjoni, ġie nnotat u kkunsidrat ukoll li l-għoli u l-għamla tat-torrijiet għoljin, flimkien mad-disinn interessanti tagħhom, mhux se jħalli impatt viżiv daqshekk sinifikanti li ma jingħatax il-permess għalihom.
Il-bord tal-ippjanar impona li somma ta’ €190,000 tiġi mħallsa biex tmur f’fond li jintuża għall-appoġġ ta’ proġetti ta’ tisbieħ ambjentali proposti mill-fondazzjoni għall-Imrieħel.