Ajruplan tal-ġarr tat-tip Boeing 737, użat mid-ditta DHL, kraxxja fi triq f'Bergamo, wara li waqt l-inżul qabeż ir-runway, għall-ħabta tal-04:00 ta' dalgħodu.
L-ajrupan jidher li minħabba xi raġuni teknika, jew temp ħażin, qabeż ir-runway tal-ajruport intenazzjonali ta' Bergamo u kraxxja fi triq fil-viċin.
L-ajruplan, li kien ġej minn Pariġi, kraxxja għall-ħabta tal-04:00 ta' filgħodu. Fortunatament minħabba l-ħin, ftit karozzi kienu għaddejjin mit-triq u l-ajruplan ma laqat lill-ħadd, allavolja ħafna nies saħqu ma gazzetti Taljani dwar il-qatgħa li ħadu hekk kif raw l-imnieħed ġgantesk tal-ajruplan jisflonda grada u jitfaċċa f'nofs ta' triq. Skont rapporti li ħarġu fuq gazzetti Taljani, ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Minħabba dan l-inċident, it-toroq madwar l-ajruport ġew magħluqa u l-ajruport reġa' fetaħ kmieni dalgħodu, iżda b'riduzzjoni fil-ħidma. Jinhad li 15 il-titjira tar-Ryan Air ġew ikkanċellati filwaqt li oħrajn qed jesperjenzaw dewmien.
Xi titjieriet li kellhom jinżlu fl-ajruport ta' Bergamo, qed jiġu ridiretti għall-Malpensa, f'Milan.
L-istampi juru l-ajruplan imwaħħal f'nofs ta' triq, għad-detriment tat-traffiku li normalment jgħaddi ġmielu minn dik it-triq prinċipali.