Filmat | Mill-Argotti sa Bieb il-Belt... aktar diċenza u dinjità

Proġett li se jbiddel il-daħla tal-Belt, mill-Argotti sa Bieb il-Belt, b'dehra ġdida, aktar xierqa u dinjituża għad-daħla tal-kapitali

Filmat u ritratti ta' Chris Mangion
Filmat u ritratti ta' Chris Mangion

Il-proġett tal-pjazza tat-Tritoni u n-naħa magħrufa bħala tal-Biskuttin, jista’ jiġi kkunsidrat ukoll bħala proġett ta’ tisbieħ fil-Furjana, li jwassal għal bieb il-Belt, u se jagħti dehra ġdida u aktar xierqa għad-daħla tal-kapitali, filwaqt li jkun mod biex id-daħla tal-Belt terġa’ tingħata lura għat-tgawdija tan-nies, u mhux użata bħala venda u post traffikuż.

Il-Pjanijiet għall-pjazza Tritoni esebiti għall-publiku fil-Parlament - Filmat ta' Chris Mangion

Il-proġett se jbiddel il-daħla tal-Belt, mill-Argotti sa Bieb il-Belt, f’żona pedonali u ġnien li se jservi bħala post ta’ rikreazzjoni u passaġġ b’dehra sabiħa u xierqa li jikkumplimenta l-bqija tal-proġett tad-daħla tal-Belt li kien jinkludi l-bieb il-ġdid u l-bini tal-parlament.

Aqra iktar f'artiklu fil-ħarġa ta' għada tal-gazzetta ILLUM

More in Kronaka