Raġel fil-periklu tal-mewt wara argument f'Ħal Far

Raġel ta’ nazzjonalità barranija kien involut f’argument fejn ġie ferut b'arma li taqta'

Raġel fil-periklu tal-mewt wara argument fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far
Raġel fil-periklu tal-mewt wara argument fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li qala' daqqiet b'arma li taqta’ u bil-ponta waqt argument li nqala bejn grupp ta' immigranti fiċ-ċentru miftuħ ta' Hal Far.

Għall-ħabta tas-13:45 il-Pulizija kienu nfurmati li fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, kien hemm raġel li sofra xi ġrieħi gravi waqt argument.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li assista lir-raġel, li hu ta' nazzjonalità barranija, qabel dan ġie meħud l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr A. Micallef Trigona li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka