Aġġornat | Żewġ Pulizija nisa Belġjani attakkati b'mannara

Żewġ Pulizija nisa Bejġjani ġew attakkati minn raġel b'mannara li għajjat "Allahu Akbar" qabel l-agressjoni

Żewġ Pulizija Belġjani jindarbu b'daqqiet ta' mannara
Żewġ Pulizija Belġjani jindarbu b'daqqiet ta' mannara

Aktar kmienu llum, żewġ Puliizja Belġjani sfaw attakkati minn raġel b'mannara fil-belt Belġjana ta' Charleroi.

Wara li weġġa' liż-żewġ uffiċjali, it-tnejn li huma nisa, l-attakkant ġie mwaqqaf permezz ta' tiri li weġġawħ, iżda ma qaltuħx.

Jinhad li qabel ma attakka lill-Pulizija bil-mannara, r-raġel għajjat "Allahu Akbar"

Charleroi kienet użata bħala bażi minn xi wħud mit-terroristi nvoluti fl-attakki fuq Pariġi ta' Novembru ta' l-2015 u f'dawk ta' Brussell ta' Marzu li għadda.

Bħalissa ż-żona fejn sar l-attakk ġiet magħluqa filwaqt li l-attakkant ġie arrestat u l-Pulizija ttieħdu l-isptar. Waħda miż-żewġ Pulizija tinsab f'kundizzjoni gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt, filwaqt li għad mhemm ebda aħbar fuq l-oħra.

L-agressur miet l-isptar b'riżultat tat-tiri ta' arma tan-nar li qala' biex jitwaqqaf.

Fi stqarrija, il-Prim Ministru Belġjan, Charles Michel, ikkundanna dan l-attakk filwaqt li qal "il-ħsibijiet tiegħi huma mall-vittmi, il-maħbubin tagħhom, u l-Pulizija. Qegħdin nistħarrġu din is-sitwazzjoni bir-reqqa."

More in Kronaka