Transport Malta qegħdin iwissu s-sewwieqa kollha, biex joqgħodu attenti u jevitaw Triq il-Mosta, fid-direzzjoni lejn Ħal Lija, minħabba li t-triq bħalissa magħluqa, wara li madwar 200 metru minnha sfrunda minħabba kanna tal-ilma li nfaqgħet.
Fi stqarrija li ħarġet aktar kmieni llum wara nofsinhar, l-awtorità avżat li t-triq tinsab magħluqa minħabba ħsara fis-sistema tal-ilma tal-WSC. Għaldaqstant it-triq tinsab magħluqa għal-raġunijiet ta’ sugurtà.
Transport Malta qed iħeġġu s-sewwieqa biex jevitaw iż-żona kemm jista’ jkun u jagħżlu rotot alternattivi minn Naxxar u Ta’Qali, sakemm isiru t-tiswijiet neċessarji.