Kulħadd imwaħħal fit-traffiku l-Mosta u n-Naxxar

Minn Ħal Lija sal Mosta, bin-Naxxar u t-triq tal-Balal kollha, ippakkjati bit-traffiku

xogħolijiet mar-roundabout qed iżidu t-traffiku lejn il-Mosta u n-Naxxar, sat-triq tal-Balal
xogħolijiet mar-roundabout qed iżidu t-traffiku lejn il-Mosta u n-Naxxar, sat-triq tal-Balal

Is-sitwazzjoni għas-sewwieqa li qegħdin fl-inħawi tal-Mosta, Lija u Naxxar, bħalissa hija waħda ta' frustrazzjoni kbira ta' konġestjoni qawwija ta' traffiku, hekk kif it-triq kollha bejn Ħal Lija u l-Mosta tinsab imwaqqfa minħabba t-triq sfrundata, u biex iżżid mal-problema, xogħolijiet mar-roundabout li tagħti għan-Naxxar, fi Triq il-Mosta qegħdin iżommu l-bqija tat-Traffiku.

Min informazzjoni mibgħuta minn sewwieqa mwaħħlin fit-traffiku, jidher li t-triq kollha li tagħti għan-Naxxar, inkluż maġġorparti mit-Triq tal-Balal jinsabu f'konġestjoni ta traffiku qawwija.

Min jista' jevita ż-żona kompletament jaqbillu jagħżel rotot alternattivi.

More in Kronaka