Spluzjoni ta' gas f'dar l-Imqabba
Anzjan fil-periklu tal-mewt
More in Kronaka
Anzjan fil-periklu tal-mewt
Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa u kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza privata fi Triq it-Troll, L-Imqabba. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet splużjoni ġewwa l-istess residenza. Jidher li l-isplużjoni seħħet minħabba li x’aktarx kien hemm xi leak ta’ gas.
F’dan l-inċident weġġgħu żewġ persuni, raġel ta’ 77 sena u mara ta’ 71 sena li tnejn joqgħodu fir-residenza msemmija. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief