Tlett itfal involuti f'inċident ta' traffiku bejn żewġ vetturi

....tifel ta' ħames snin l-Isptar bi ġrieħi gravi 

Illum waranofsinhar għall-ħabta tas-14:00 p.m.,  il-Pulizija kienu infurmati li fi Triq l-Iljun, Ħal Qormi kien seħħ aċċident bejn żewġ vetturi.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħal Qormi marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni vettura tal-għamla Ford Fiesta u vettura oħra tal-għamla Renault Clio kellhom impatt bil-konsegwenza li ż-żewġ xufiera kif ukoll il-passiġġiera ġarrbu xi ġrieħi. Il-vettura tal-għamla Ford kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena u kellu riekba miegħu mara ta’ 32 sena, tifla ta’ 13-il sena, kif ukoll żewġ subien ta’ 9 xhur u 5 snin. Dawn il-persuni huma ta’ nazzjonalità Ingliza, residenti Ħal Għaxaq.

Il-vettura l-oħra, Renault, kienet qed tigi misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti s-Siġġiewi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-vittmi fejn ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. It-tifel ta’ 5 snin sofra ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li l-kundizzjoni tal-persuni l-oħra għadha mhiex magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin

 

More in Kronaka