Il-media Kanadiża rrapurtat li l-Pulizija tal-Kavallerija Kanadiża (Royal Canadian Mounted Police), ħadu azzjoni kontra persuna waħda suspettata li se twettaq attakk terroristiku.
Dan ġara meta l-Pulizija wettqu tfittxija u assalt fuq dar suspettuża fi Strathroy, li tinsab madwar 220 kilometru l-bogħod minn Toronto.
Is-suspettat, Aaron Driver, ta’ 24 sena, kine diġà ġie arrestat is-sena li għaddiet wara li kien ammetta publikament li jagħti s-sapport tiegħu lill-Istat Iżlamiku (ISIS). Driver, flwaqt li ħieles, kien investigat mill-Pulizija, li ħadu azzjoni hekk kif kellhom informazzjoni affidabbli li huwa kien se jwettaq attakk terroristiku.
Infatti, Driver kien laħaq sploda apparat splussiv wieħed, u kien qed ilesti biex jisplodi ieħor meta ġie mwaqqaf mill-Pulizija permezz ta’ tiri t’armi tan-nar.
“Is-suspettat ġie identifikat u ttieħdet l-azzjoni meħtieġa biex jiġi assigurat li ma jkun hemm periklu għall-pubbliku.” Stqarru l-Pulizija
L-investigazzjonijiet dwar Driver għadhom għaddejjin.