Petizzjoni kontra deċiżjoni tal-Kunsill lokali tal-Mellieħa

Qed jitolbu li jitneħħew b'mod immedjat ir-"rumble strips" li saru dan l-aħħar fi-Triq il-Kbira, Mellieħa.

Illum tfaċċat petizzjoni oħra online fejn residenti tal-mellieħa qed jintlabu jiffirmaw petizzjoni kontra r-rumble strips li saru  fl-aħħar dawra qabel tibda' n-niżla. Skont informazzjoni li ngħatat fil-Parlament, dawn ir-"rumble strips" saru fuq parir tal-Kunsill Lokali biex inaqsu l-veloċita u n-numbru kbir ta' inċidenti li kienu jsiru.

Fil-petizzjoni qed jingħad li dan hu periklu li mhux ġej minn sewwieqa kapriċċużi imma ġej minn inizzjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bl-għajnuna tal-Ministeru tat-Transport.  Fl-aħħar dawra qabel tibda' n-niżla, saru "rumble strips" li żiedu l-periklu, u dan minnħabba li s-sewwieqa iħossuhom qed jitilfu l-kontrol tal-karozza meta jgħaddu minn fuqhom anki jekk b'veloċita  baxxa.  

Fil-petizzjoni li qed tintbagħat lil ministru tat-Trasport Joe mIzzi u lis-sindku u lil kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed tgħid li

  • mhux minnu li f'dan il-post kienu jsiru numru kbir ta' inċidenti;
  • jekk se jsiru "rumble strips" biex inaqqsu l-veloċita għandhom isiru ħafna qabel id-dawra;  
  • u jekk se jsiru "rumble strips" biex inaqqsu l-veloċita tista' tagħmel "rumble strips" f'kull triq.

Għalhekk qed jitolbu li dawn ir-"rumble strips" jitneħħew immedjatament biex jitneħħa dan il-periklu ġdid li qed jesperjenzaw is-sewwieqa li juzaw din it-triq prinċipali, l-aktar fosthom ir-residenti tal-Mellieħa.  S'issa iffirmaw din il-petizzjoni mat-350 resident.

 

More in Kronaka