Somalu ta' 26 sena, residenti fiċ-ċentru miftuh tal-Marsa, inqabad ilbieraħ filgħaxija f'Paceville fil-pusses ta' madwar 40 gramma raża tal-kannabis, ippakkjata f'pakkett tas-sigaretti u lesta biex tiġi traffikata.
Ir-raġel, Mohammed Hussein Abdi, ammetta l-pussess tad-droga iżda saħaq mall-Pulizija li arrestawh li kienet għal użu personali u mhux b'intenzjoni ta' traffikar f'żona ta' mitt metru fil-viċinanzi ta' fejn jiltaqgħu iż-żgħażagħ..
Ir-raġel tressaq b’arrest il-Qorti llum, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr F Depasquale, fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.