Raġel fil-periklu tal-mewt wara li jittajjar minn taxi

Libjan ta' 26 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn Taxi f'Tas Sliema

Libjan ta' 26 sena jittieħed l-isptar fil-periklu tal-mewt
Libjan ta' 26 sena jittieħed l-isptar fil-periklu tal-mewt

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-01:15, raġel Libjan ta’ 26 sena ġie mtajjar minn taxi, misjuqa minn raġel ta’ 61 sena, fi Triq ix-Xatt, Sliema.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u ambulanza, fejn din ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Frendo Dimech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka