Anzjan, jibgħat ritratti, jmur personali l-Kunsill u s-siġra tibqa fuq il-bankina

Ilment li ilu 3 ġimgħat u ma ttieħdet l-ebda azzjoni

Freddie MIcallef, anzjan ta' madwar 75 sena mill-Mosta bagħtilna dawn ir-ritratti jilmenta li dawn l-istess ritratti bagħthom lil Kunsill tal-Mosta, qalilna wkoll li mar personali l-Kunsill u l-bankina li tinsab fi Triq id-Dawr tal-Mosta baqgħet mhix aċċessibbli fejn la tista tgħaddi b'wheelchair, la b'pushchair u kważi kważi lanqas bil-mixi.


"Ili 3 gimghat li ġbidt l attenzjoni tal-kunsill tal-Mosta u mort anke personali. Ir-Ritratti li bghat lilkom huma l istess li tajt lil kunsill. Sallum il-bankina għada l-istess" bagħat jgħidilna s-Sur Freddie Micallef, li anke bagħat l-ID NUmber tiegħu. Hi ħasra li l-Kunsill Lokali ma semax ilment li dan l-anzjan qed jagħmel mhux għalih biss iżda għan-nioes kollha tal-lokal, meta fi ftit ħin wieħed jista jibgħat ġardinar u jiżborha.

 

More in Kronaka