Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-17:45hrs, seħħ inċident stradali fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex, fejn vettura tat-tip Volksawgen Polo misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il minn Nadur, ħabtet ma Hyundai misjuqa minn mara ta’ 40 sena mis Sannat. Fil-vettura flimkien mal-mara kien hemm ukoll żewgt itfal ta’ 9 snin.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u diversi ambulanzi li ħadu lill-vittmi l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. L-ebda persuna ma tinstab fil-periklu tal-mewt, iżda l-ġrieħi tagħhom għadhom mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.