Żewġ 'scrapyards' illegali żbarazzati...

Żewġ biċċiet ta' art barra miż-żona tal-iżvilupp, li kienu użati bħala 'scrapyards' illegali ġew imnaddfa u magħluqa

L-Awtorità tal-ippjanar tagħlaq u tnaddaf żewġ 'scrapyards' illegali fil-Wardija u s-Siggiewi
L-Awtorità tal-ippjanar tagħlaq u tnaddaf żewġ 'scrapyards' illegali fil-Wardija u s-Siggiewi

l-Awtorità tal-Ippjanar għada kif għalqet u naddfet żewġ biċċiet art barra miż-żona tal-iżvilupp fil-Wardija u s-Siggiewi, li kienu qed jintużaw bħala ‘scrapyards’ illegali.

Minn ras il-wied tnaddfu b’kollox ħames tumoli t’għelieqi li kienu mimlijin imbarazz u ħmieġ, bis-sit kollhu jerġa’ jiġi fl-istat oriġinali tiegħu, għal-spejjeż tas-sid tal–‘iscrapyards’ illegali.

‘Scrapyard ‘oħra li ġiet imnaddfa kienet tkopri 3,700 metru kwadru ta’ art mimlija vetturi abbandunati u kull tip ta’ mbarazz ieħor. L-awtorità naddfet din iż-żona fil-limiti tas-Siggiewi wara li s-sid m’ororax ftehim li kien sar magħha qabel.

More in Kronaka