L-attak suwiċida li qatel 51 persuna u darab ħafna oħrajn meta bomba ġiet sploduta qalb folla nies waqt tieġ, kien imwettaq minn tifel ta' bejn it-12 u l-14-il sena, stqarr il-President Erdogan aktar kmieni dalgħodu. Il-Bieraħ, ftit wara l-attakk, il-President Tayyip Erdogan stqarr millewwel li wisq probabbli, l-Istat Iżlamiku huwa responsabbli ta’ dan l-attakk, li kien wieħed mill-aktar imdemmija fit-Turkija din is-sena.
Matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, ċelebrazzjoni ta’ tieġ inbidlet fi traġedja hekk kif bomba suwiċida splodiet qalb il-nies li kienu qegħdin jiżfnu u jiċċelebraw it-tieġ fil-belt ta’ Gaziantep, fin-nofsinhar tat-Turkija, viċin tal-bordura mas-Sirja.
L-isplużjoni ħalliet 51 persuna mejta u numru kbira ta'ġ nies oħra midruba
Min xhieda li tkellmu ma ġurnalisti li marru fuq il-post, instema kif “kien kwazi fit-tmiem taċ-ċelebrazzjoni meta nstemgħet splużjoni kbira qalb in-nies li kienu qed jiżfnu...”
“Kien hemm demm u biċċiet ta’ iġsma ma’ kullimkien.” stqarr raġel ta’ 25 sena li kien fit-tieġ.
Il-Partit Demokratiku Kurd (HDP), qal fi stqarrija li t-tieġ kien ta’ wieħed mill-membri tal-partit, u li fost il-vittmi tal-attakk kien hemm ħafna nisa u tfal innoċenti.
Mahmut Togrul, membru tal-HDP minn Gaziantep, stqarr f’intervista li dan l-attakk suwiċida waqt tieġ Kurd, huwa wisq probabbli attentat ieħor minn naħa tal-Istat Iżlamiku li għandu fil-mira tiegħu il-Kurdi, permezz ta’ bombi f’postijiet fejn ikun hemm ħafna Kurdi miġburin.
“Kien attakk attroċi,” saħaq xhud ieħor li kien fuq il-post, “Irridu li dawn il-massakri jieqfu. Ninsabu mweġġajn ħafna, speċjalment in-nisa u t-tfal.”