Fl-10 ta' Awwissu, il-gazzetti rrapportaw inċident li fih koppja anzjani indarbu wara splużjoni fid-dar tagħhom fl-Imqabba.
Sfortunatament, illum ħarġet l-aħbar li r-raġel tilef ħajtu, b'kawża tal-ġrieħi li ġarrab fl-isplużjoni.
L-inċident seħħ kmieni filgħodu nhar l-10 ta' Awwissu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza privata fi Triq it-Troll, L-Imqabba. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet splużjoni ġewwa l-istess residenza. Jidher li l-isplużjoni seħħet minħabba li x’aktarx kien hemm xi leak ta’ gas.
Ir-raġel ta’ 77 sena u martu ta’ 71 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ir-raġel kien millewwel ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.