Tard ilbieraħ filgħaxija għall-11:00, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq Santa Marija, f’Ħad-Dingli.
Il-Pulizija mid-Distrett tar-Rabat irrikorrew fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien hemm raġel mixħut fl-indana ta’ taraġ. Minn aktar stħarriġ irriżulta li ftit qabel mart il-vittma kienet semgħat ħoss u hekk kif marret tara x’kien seħħ innutat li r-raġel tagħha kien tilef sensih.
Fuq il-post issejjħet l-assistenza ta’ team mediku mill-Isptar Mater Dei. Ir-raġel li għandu 78 sena u huwa residenti fl-istess post fejn seħħ il-każ, ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi serji u jinsab f’qagħda kritika.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni fuq il-każ.