Tfajla ta' 18-il sena tweġġa' gravi f'waqgħa minn tliet sulari

Tfajla Żvizzera ta' 18-il sena taqa' għoli ta' tliet sulari u tweġġa' gravi

Żvizzera ta' 18-il sena tittieħed l-isptar f'kundizzjoni gravi
Żvizzera ta' 18-il sena tittieħed l-isptar f'kundizzjoni gravi

Kmieni dalgħodu għall-ħabta 02:30, tfajla ta' 18-il sena ta' nazzjonalità Żvizzera waqgħet għoli ta’ madwar tliet sulari minn fuq bejt u ġiet ġo xaft ta’ residenza fi Triq il-Vanilja, l-Imġarr

Fuq il-post issejjħu Il-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma’ team mediku li assistew lill-vittma. Hija ttieħdet l-Isptat Mater Dei permezz tal-ambulanza u iżjed tard ġiet iċċertifkata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu li titlef ħajjitha.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka