Vittma oħra ta' inċident b'mutur...

Raġel ta' 37 sena, sewwieq ta' mutur, iweġġa gravi f'ħabta ma' karozza

Sewwieq ta' Mutur jittieħed fiċ-ċentru tas-Saħħa tal-Mosta wara ħabta ma' karozza
Sewwieq ta' Mutur jittieħed fiċ-ċentru tas-Saħħa tal-Mosta wara ħabta ma' karozza

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal- 22:15, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku bejn karozza u mutur fi Triq Salvu Dimech, il-Mosta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn sabu li kien hemm ħabta bejn vettura tat-tip Toyota Celica, misjuqa minn raġel ta’ 41 sena, residenti l-Mosta u mutur tat-tip Piaggio, misjuq minn raġel ta’ 37 sena, residenti l-Imsida.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tal-Mosta għadhom għaddejjin.

More in Kronaka