Aġġornat | Mara tittieħed b'ħelikopter lejn l-isptar t'Għawdex... iżda titlef ħajjitha aktar tard

Mara anzjana titlef ħajjitha fl-isptar t'Għawdex wara inċident f'Kemmuna

Iċ-ċentru tas-Salvataġġ tal-AFM bagħtu ħelikopter tat-tip Alouette III għal salvataġġ fuq Kemmuna
Iċ-ċentru tas-Salvataġġ tal-AFM bagħtu ħelikopter tat-tip Alouette III għal salvataġġ fuq Kemmuna

Aktar kmieni llum wara nofsinhar, mara ta' 66 sena mill-Pieta’ nstabet f’diffikultà meta hija allegatament waqgħet minn fuq dagħjsa waqt li kienet Kemmuna. Il-membri tas-salvataġġ tas-salib l-aħmar li kienu fuq xogħol ta’ lifeguard fuq Kemmuna kellhom jitolbu l-għajnuna tal-AFM.

Infatti ċ-ċentru tas-Salvataġġ tal-AFM bagħtu ħelikopter tat-tip Alouette III u d-dagħjsa tas-salvataġġ Melita II sabiex jgħinu lill-anzjana.

Il-mara ttieħdet l-isptar ġenerali t’Għawdex permezz tal-ħelikopter għal aktar trattament mediku.

Aktar tard il-Pulizija ġew infurmati li sfortunatament hija tilfet ħajjitha.  Awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa aktar dawl fuq dak li wassal għall-mewt tal-vittma.

More in Kronaka