Raġel iweġġa wara inċident b'mutur fil-Marsa

Raġel ta' 48 sena iweġġa wara inċident bil-mutur fil-Marsa

Raġel ta' 48 sena jittiħed l-isptar wara inċident bil-mutur
Raġel ta' 48 sena jittiħed l-isptar wara inċident bil-mutur

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-07:00, kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, fejn irriżulta li raġel ta’ 48 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu, laqat bankina u tilef il-kontroll waqt li kien qiegħed isuq fid-direzzjoni tal-Belt Valletta

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, flimkien ma' ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Anthony Vella li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun għadhom għaddejjin.

More in Kronaka