Mill-Ħamrun għal Amatrice

Il-Kunsill tal-Ħamrun se jorganizza SERATA ITALIANA bie xjinġabru fondi għat-terremotati

Quddiem xeni bħal ma rajna f’dawn l-aħħar jiem ġewwa Amatrice u postijiet oħra fiċ-ċentru tal-Italja, pajjiż gar tagħna, diffiċli li wieħed jibqa sieket u ma jarax kif jista jkun t’għajnuna għal dawk in-nies milquta minn dan it-terremot.

Il-Kunsill Lokali Ħamrun ħaseb li bil-mod li jista, jagħti l-għajnuna lil dan il-poplu u b’hekk qed tiġi organizzata Serata Italiana fi Triq il-Kbira San Ġużepp. L-iskop aħħari ta’ din is-serata hija li jinġabru fondi tant bżonjunżi biex jingħataw lil dawk iż-żoni milquta – fondi li tant huma neċessarji f’dan il-mument tal-bżonn. Din se ssir nhar is-Sibt 3 ta’ Settembru mis-19.30 l’quddiem.

Il-bażi tal-attivita se tkun ikla b’pasta all’Amatriciana, li oriġina proprju mill-lokalita t’Amatrice, ikkumplimentata minn kant tipiku Taljan f’atmosfera Taljana – ġest ta’ solidarjeta li jqarribna lejn dawk li ġarrbu f’dawn l-aħħar jiem u biex bil-ftit tagħna nkunu qed nagħmlu mpatt kbir sabiex kemm jista jkun malajr, il-ħajja ta’ dawn in-nies terġa tmur lura għan-normal.

Bl-għajnuna anke ta’ xi sponsors u għaqdiet tal-lokal flimkien mal-Kunsill Lokali, id-dħul kollu minn din l-attivita se jmur għal din il-kawża biex b’hekk il-Ħamrun ikun qed jagħmel il-parti tiegħu. B’hekk nappellaw biex kemm il-Ħamruniżi u mhux biss, jattendu bi ħġarhom - se tkun serata divertenti u filwaqt li niddevertu flimkien inkunu qed nagħmlu ġest nobbli li ngħinu lil min hu fil-bżonn.

Postijiet jistgħu jigu riservati mill-Kunsill Lokali u diversi għaqdiet tal-lokal bl-għotja ta donazzjoni ta EUR 10. Minn naħa l-oħra, dawk l-azjendi jew individwu li jixtiequ jgħinu fl-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ din l-attivita, nitolbuhom jikkuntattjaw il-Kunsill Lokali Ħamrun fuq in numru 2122 2020. Kull tip t’għajnuna hija bżonjuża u apprezzata. 

More in Kronaka