Il-pulizija Ġermaniża evakwat żewġ termionals A u A+ wara li raġel ħarab mis-security u dehehr jiġri u jintilef fil-folla u kien hemm biża li seta kien hemm xi bomba suwiċida. L-uffiċċjali tal-ajruport qalu li r-raġel għaddha mis-sigurta mingħajr ma ġie ċċekkjat allura l-awtoritajiet ħadu l-prekwazzjonijiet bżonnjużi dak il-ħin. L-evakwazzjoni saret minn fuq l-ispeakers li talbu lil passiġġieri joħorġu barra mill-ajruport fejn il-passiġġieri jinsabu diżgustati mill-mod kif twasslet l-aħbar mingħajr ma kellhom ebda informazzjoni għax eluf ta nies bdew jidhru jiġru u ma jafux fejn u liema naħa se jmorru mingħajr ma kien hemm ħadd jiggwidahom.