Fi stqarrija Il-Pulizija nformat lill-pubbliku li aktar tard illum, għall-perjodu ta’ ħin qasir ħafna, jista’ jkun hemm xi problemi f’parti mis-sistema tat-telefonija ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Dan minħabba manutenzjoni.
Il-linja tal-Emerġenza 112, in-numru bla ħlas 191 kif ukoll in-numru ġenerali 21 224001, mhux ser ikunu affetwati u ser jibqgħu operattivi.
Il-Korp tal-Pulizija jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent.