Raġel f'qagħda kritika wara li waqa' minn fuq sellum

Furjaniż ta' 54 sena ttieħed l-isptar wara li waqa' meta kien qed jagħmel xi xogħlijiet fi stalel fin-Naxxar

Raġel ta' 54 sena mill-Furjana ġie ċċertifikat li jinsab f'qagħda kritika wara li waqa' minn fuq sellum, meta kien qed jagħmel xi xogħlijiet fi stalel fin-Naxxar.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-19:30, meta raġel li għandu 54 sena u residenti l-Floriana waqa’ minn fuq sellun waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’xi stalel fi Sqaq Ħabel Żwejra, in-Naxxar.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar għadhom għaddejjin.

More in Kronaka