Dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien intlemaħ kadavru f’wiċċ il-baħar fil-Munxar, limiti tal-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala.
Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’dan ir-rapport issejħet minnufih l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li permezz tal-Melita 1 marru fuq il-post. Hemmhekk ġie innutat kadavru li ttella’ fuq il-dgħajsa u mistenni jiddaħħal ġewwa Xatt it-Tiben. Jirriżulta li l-kadavru kien dak ta' raġel.