Tliet nisa jippjanaw attakk terroristiku fi Franza

L-Awtoritajiet Franċiżi jarrestaw tliet nisa li kienu qed jippjanaw attakk fuq stazzjon f’Pariġi

Karozza mgħobbija b'ċilindri tal-gass, pjanati biex jintużaw għal attakk terroristiku, instabet Pariġi
Karozza mgħobbija b'ċilindri tal-gass, pjanati biex jintużaw għal attakk terroristiku, instabet Pariġi

L-istazzjonijiet tal-ferrovija f’Pariġi jinsabu fi stat ta’ emerġenza hekk kif tliet nisa ġew arrestati b’konnessjoni ma' karozza mgħobbija b’numru ta’ ċilindri tal-gas, li huma kienu qed jippjanaw li jużaw biex jisplodu stazzjon tal-ferrovija. Qabel ġew arrestati, waħda minn nisa kitbet ittra li fiha ddikjarat l-alleanza tagħha ma’ l-Istat Iżlamiku.

Il-Ministru tal-Intern Franċiż saħaq li “Filwaqt li ħarġet twissija għall-attenzjoni lill-istazzjonijiet kollha, jidher li l-attakk kien ippjanat li jseħħ illum u jolqot l-istazzjon ta’ Gare de Lyon”

Gare de Lyon hija stazzjon popolari li tinsab tliet mili l-bogħod mill-katidral ta’ Notre Dame, u li minħabba f’hekk tintuża minn ħafna nies. Il-karozza suspettuża, li fiha nstabu numru ta’ ċilindri tal-gass u laned mimlijin diesel, nstabet viċin tal-istazzjon is-Sibt li għadda.

L-iżgħar waħda minn nisa, li għanda biss 19-il sena, kitbet ittra li fiha ddikjarat l-alleanza tagħha ma’ l-Istat Iżlamiku. Waqt l-arrest tan-nisa, huma nstemgħu jgħajjtu 'Allahu Akbar'.

Qabel ġiet feruta u mwaqqfa b’tir ta’ arma tan-nar, waħda minn nisa ħebbet għall-wieħed mill-Pulizija u ferietu permezz ta’ sikkina.

Il-President Franċiż, Francois Hollande stqarr li “dan il-grupp ġie mwaqqaf, iżda hemm aktar. Attakk wieħed ġie mwaqqaf”

More in Kronaka