Illum, għall-ħabta tal-16:20 p.m., il-Pulizija mid-Distrett t’Għawdex ġiet mgħarrfa mill-awtoritajiet tal-Isptar li tifel ta’ 10 snin li aktar kmieni kellu inċident, ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li għall-ħabta tas-14:00 p.m. it-tifel sab ruħu f’diffikulta` waqt li kien qiegħed ġo jacuzzi. L-inċident seħħ f’residenza li tinsab fi Triq Marsalforn, ix-Xagħra, Għawdex.
Fuq il-post issjeħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda minn hemm hekk ser jiġi trasferit ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.