Mutur itajjar raġel u wara jaħbat ma' karozza..

Sewwieq ta' mutur itajjar raġel Somalu kmieni dalgħodu, u jibqa' dieħel f'karozza b'konsegwenza tal-inċident

Sewwieq ta' mutur itajjar raġel Somalu. It-tnejn jittieħdu l-ispatar għall-kuri
Sewwieq ta' mutur itajjar raġel Somalu. It-tnejn jittieħdu l-ispatar għall-kuri

Dalgħodu għall-ħabta tas-07:30 ta’ filgħodu, raġel Somalu ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar intlaqat minn mutur li kien qiegħed jinstaq minn raġel ta’ 41 sena mill-Fgura. B’konsegwenza ta’ dan l-inċident is-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll u ħabat ma’ karozza li kienet sejra fl-istess direzzjoni. L-inċident seħħ fi Triq il-Perit Duminku Mintoff, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid marru minnuih fuq il-post biex jinvestigaw l-inċident, flimkien ma’ Ambulanza li ħadet ix-xufier tal-mutur r-raġel Somali l-isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

Is-sewwieq tal-mutur ma’ sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li r-raġel ta’ 31 sena ġarrab ġrieħi serji.  

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Scerri Herrera li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. 

More in Kronaka