Ingliż jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

Raġel Ingliż ta' 30 sena jitlef ħajtu wara li jittajjar minn karozza fl-Imsida

Ingliż jitlef ħajtu wara inċident tat-traffiku
Ingliż jitlef ħajtu wara inċident tat-traffiku

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-01:00, kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, Msida li fih raġel Ingliż ta’ 30 sena ntlaqat minn vettura tat-tip Peugeot 508 misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Bormla.  Il-vettura kienet qed tiġi misjuqa direzzjoni mill-Imsida lejn Santa Venera.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, flimkien ma Team mediku mill-Isptar Mater Dei, li assistew lill-vittma minħabba l-ġrieħi serji li sofra qabel dan ittieħed l-Isptar Mater Dei. Sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija mid-Distrett tal-Imsida għadha għaddejja. 

More in Kronaka