Mara tweġġa' gravi wara qabża l-baħar

Mara ta' 27 sena tweġġa' gravi fil-bajja ta' Mġarr ix-Xini, iżda mhux fil-periklu tal-mewt

Mara ta' 27 sena tweġġa' gravi wara qabża l-baħar f'Imġarr ix-Xini
Mara ta' 27 sena tweġġa' gravi wara qabża l-baħar f'Imġarr ix-Xini

Ilbieraħ għall-ħabta tat-15:00 ta' wara nofsinhar, seħħ inċident fil-bajja ta' Imġarr ix-Xini, fix-Xewkija, Għawdex, fejn Mara ta’ 27 sena mill-Emirati Għarab Maqgħuda u residenti tas-Sliema sofriet xi ġrieħi meta qabżet għal ġol-baħar.

Il-vittma ġiet meħuda l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza. Hija sofriet ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Kronaka