Il-Ministeru għas-Saħħa jaħtar inkjesta interna dwar mewta fi Sptar

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa ħatar inkjesta interna dwar mewt ta’ persuna li kienet għall-kura fl-Isptar Monte Karmeli

Tinħatar inkjesta nterna dwar mewt ta' pazjent fl-Isptar Monte Karmeli
Tinħatar inkjesta nterna dwar mewt ta' pazjent fl-Isptar Monte Karmeli

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa, ntqal li se tinħatar inkjesta interna dwar mewt ta’ persuna li kienet għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli. L-awtoritajiet fl-Isptar Monte Karmeli ġew infurmati li f’sala ta’ dan l-isptar, pazjent kellu jingħata l-ewwel għajnuna sakemm fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-pazjent l-Isptar Mater Dei.

Ir-raġel ġie ċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ, filwaqt li l-Ministru għas-Saħħa talab biex tinħatar inkjesta nterna.

More in Kronaka