Tfajla ta' 17-il sena ġiet stuprata meta kienet fis-sakra waqt li sħabha ġibdu l-filmat, u bagħtuhulha. Il-każ seħħ f'diskoteka f'Rimini, l-Italja meta ġuvni mill-Albanija ħa lit-tfalja li kienet fis-sakra, fil-kamra tal-banju, u abbuża minnha waqt li hi ma kinetx f'pożizzjoni li tieħu deċiżjoni.
It-tfajla skopriet x'kien ġara l-lejl ta' qabel meta l-għada, fetħet il-mobile tagħha u fuq Whatsapp issib filmat miġbud minn 'sħabha' tagħha qed tiġi stuprata. Dawn il-'ħbieb' kienu telgħu fil-kabina tal-kamra tal-banju biswit dik li kienet fiha t-tfajla biex ikunu jistgħu jiġbdu filmat tagħha. Fil-fatt, fl-isfond tal-filmat, jinstemgħu huma jiddieħku, daqs li kieku din kienet xi ċajta. Imbagħad, wara dan, dawn il-'ħbieb' bagħtu dan l-istess filmat li kienu ġibdu lilha, u din ratu biss l-għada.
It-tfajla, meta rat dan tkellmet ma' ommha li għamlet rapport għand il-Carabinieri fejn mill-ewwel infetaħ il-każ fuq vjolenza sesswali, u semgħu l-verżjoni ta' tfajla li ftit li xejn kellha idea ta' x'seħħ il-ġurnata ta' qabel.