Mara ssofri ġrieħi ħfief f'ħabta head on f'San Ġwann

Mara ta' 41 sena ttieħdet l-isptar minħabba ġrieħi li sofriet

ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion

Mara ta' 41 sena sofriet ġrieħi ħfief wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku f'San Ġwann. 

L-inċident seħħ ftit qabel il-5 ta' wara nofsinhar meta ħabtu żewġ vetturi head on. Il-vetturi kienu Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta' 19-il sena miż-Żurrieq u Audi A1 misjuqa minn mara ta' 41 sena. 

Il-mara ta' 41 sena ttieħdet l-isptar Mater Dei minħabba xi ġrieħi li sofriet, li iktar tard ġew iċċertifikati li huma ta' natura ħafifa.

More in Kronaka