Raġel miżmum fil-faċilità korrettiva ta' Kordin jinsab f'qagħda kritika wara li iktar kmieni dalgħodu għamel ħsara lilu nnifsu waqt li kien qiegħed fiċ-ċella tiegħu.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30am, meta uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabu resident mid-Diviżjoni Numru 1 li għamel ħsara lilu nnifsu waqt li kien qiegħed fiċ-ċella tiegħu.
L-uffiċjali tal-ħabs intervenew minnufih u pprovdew l-ewwel għajnuna medika flimkien mat-tim paramediku. Ir-resident ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Il-Faċilità infurmata li l-kundizzjoni tiegħu hi waħda kritika. Il-Pulizija ġiet infurmata u qed tinvestiga. Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.