Olandiża titlef ħajjitha f'Kemmuna

Mara ta' 61 sena sabet ruħha f'diffikultà meta kienet qed tagħmel snorkeling

Illum għall-ħabta ta’ 12:10pm, intalbet l-ghajnuna tal-Pulizija ġewwa Kemmuna minħabba li persuna kienet intilfet minn sensiha waqt li kienet qiegħda tgħum.

Mill-ewwel stħarriġ li sar mill-Pulizija ta’ Kemmuna rriżulta li mara min-Netherlands li għandha 61 sena, għal xi raġuni sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda tagħmel snorkeling fl-inħawi bejn il-Blue Lagoon u l-bajja magħrufa bħala Tal-Ħmara.

Il-mara ttellgħet l-art minn xi għaddasa li f’dak il-ħin kienu fuq luzzu għaddejjin mill-viċinanzi u wara ngħatat l-ewwel għajnuna mill-membri tal-ERRC. Ftit wara hija ġiet meħudha l-Isptar Mater Dei permezz ta’ helicopter, fejn sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta.

Il-Maġistrat tal-Għassa kienet infurmata dwar il-każ fejn ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

More in Kronaka