Ċiklist Iranjan imut waqt il-Paraolimpjadi ta’ Rio

Bahman Golbarnezhad, ċiklist Iranjan imut wara inċident waqt tellieqa tal-Paraolimpjadi f’Rio

Bahman Golbarnezhad, ċiklist Iranjan imut wara inċident waqt tellieqa tal-Paraolimpjadi f’Rio
Bahman Golbarnezhad, ċiklist Iranjan imut wara inċident waqt tellieqa tal-Paraolimpjadi f’Rio

Il-kumitat Internazzjonli tal-Paraolimpjadi ikkomfermaw li ċ-ċiklist Iranjan, Bahman Golbarnezhad, ta’ 48 sena sofra attakk f’qalbu wara l-inċident li kellu waqt it-tellieqa tar-roti fil-muntanji.

Golbarnezhad, li kien anke ħa sehem fil-Paraolimpjadi ta’ Londra fl-2012, ittieħed fi sptar f’Rio wara l-waqa’, iżda huwa miet mal-wasla tiegħu hemmhekk minħabba kumplikazzjoniiet tal-qalb.

Investigazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-inċident ġiet imsejjħa mill-kumitat paraolimpiku.

Intant, il-bandiera Iranjana tniżżlet ‘mezzasta’ fil-villaġġ Paraolimpiku, filwaqt li ġei wkoll osservat ħin ta’ silenzju waqt iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-logħob.

Dwar Golbarnezhad, intqal li “kien ilu jsuq ir-rota għal 12-il sena u li kien l-aħjar ċiklista tat-tim Iranjan…”

“Kien raġel uniku u missier tal-familja eżemplari”

More in Kronaka