Iddikjarat 'brain dead' il-priġunier li nhar il-ġimgħa għamel ħsara lilu nnifsu

Il-priġunier li nhar il-ġimgħa għamel ħsara lilu nnifsu ġie ddikjarat mill-awtoritajiet tal-isptar bħala clinically brain dead

Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ingħatat informazzjoni li r-resident minn Diviżjoni Numru 1 li nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li għamel ħsara lilu nnifsu, fl-aħħar sigħat ġie ddikjarat mill-awtoritajiet tal-isptar bħala clinically brain dead. 

Il-maġistrat li qed imexxi l-inkjesta ġie infurmat.

Il-familja tiegħu ddeċidiet li l-organi għandhom jingħataw donazzjoni. Bħalissa huwa għadu qed jiġi miżmum fuq il-magni kliniċi tal-isptar sakemm issirlu din il-proċedura, filwaqt li l-awtopsja se tkun qed issir aktar tard.

Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tgħaddi l-kondoljanzi tagħha lill-qraba tal-persuna.

More in Kronaka