Tifel ta' sentejn jittajjar minn karozza, iweġġa' gravi

BMW kienet qed tirriversja fil-Fgura meta ttajjar it-tifel

Tifel ta' sentejn sofra ġrieħi gravi meta kien involut f'inċident tat-traffiku fil-Fgura.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4:45pm meta tifel ta' sentejn ittajjar minn BMW fi Triq Louis Schikluna, il-Fgura.

Il-karozza kienet qiegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 25 sena, li kien qiegħed jirriversja fit-triq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu ġiet iċċertifikata bħala waħda gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett tal-Fgura għadhom għaddejjin.

More in Kronaka