Żewġ ġuvintur ittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura hekk kif iktar kmieni dalgħodu kienu involuti f'ħabta frontali f'Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00am, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stadali fi Triq Ħal-Tarxien, Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ illi sar mill-Pulizija mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid, irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Vauxhall Nova misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena residenti Bormla u vettura tat-tip Volkswagen Polo mjsuqa minn mara ta’ 37 sena residenti Ħal-Tarxien.
B’konsegwenza ta’ dan l-impatt, il-vettura tat-tip Vauxhall baqgħet dieħla ġo faċċata ta’ residenza.
Flimkien mas-sewwieq ta’ 20 sena kien hemm ġuvni ieħor ta’ 20 sena ukoll residenti Ħal-Tarxien.
Iż-żewġ ġuvintur ittieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.