Il-kamp għall-Immigranti ta’ Moria, fil-gżira t’a Lesbos fil-Greċja inħakem minn nirien qawwijien li qerdu l-maġġorparti tat-tined u djar li kien hemm fil-kamp.
Fl-inċident ma weġġa’ ħadd, iżda 4,000 refuġjat li kioenu jokkupaw il-kamp kellhom jiġu evakwati. Wara li n-nirien intfew, uħud mir-refuġjati ingħatalhom permess imorru lura fil-kamp.
Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw jekk in-nar kienx imqabbad deliberatament, wara li ħaddiem tal-kamp stqarr li n-nar hakem il-kamp wara li kien hemm ġlieda dwar l-ikel bejn uħud mir-refuġjati.
Skont il-Ġnus Maqgħuda (UN), bħalissa f’Lesbos hemm madwar 5,600 refuġjat, fuq ġzira li bilkemm tesgħa 3,600 ruħ.
Skont apenzija tal-aħbarijiet Griega, it-tnejn filgħaxija, inqalgħet ġlieda fil-kamp wara xi għajdut li numru ta’ refuġjati se jiġu deportati lura lejn it-Turkija.
Ir-refuġjati li hemm il-Greċja qegħdin kollha jibżgħu imorru lura t-Turkija jew fil-pajjiż minn fejn ġew.
“Ġlidiet u protesti ta’ dan it-tip huma ħaġa komuni fil-kamp” saħqu l-ħaddiema umanitarji tal-kamp.