Aktar kmieni dalgħodu, seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Frans Sammut f’Ħaż-Żebbuġ, li fih raġel ta’ 58 sena, residenti s-Siġġiewi, għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular u weġġa serjament.
Il-Pulizija mid-Distrett marru mmedjatament fuq il-post flimkien ma’ ambulanza, li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei hekk kif ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Fuq il-post tal-incident issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassitu.
Mal wasla l-isptar, il-vittma ġie ċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.