Illum, għall-ħabta tad-9:30 ta' filgħodu, l-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident fuq moll li jintuza’ minn kumpanija MEDSERV, viċin tal-Freeport f'Birżebbuġia.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Birżebbuġia marru mill-ewwel fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari jirriżulta li kien għeleb krejn għal ġol-baħar.
Il-vittma li kien jisimha Hubert Muscat, ta’ 43 sena, residenti ż-Żejtun, kien qed jimmanuvra l-istess krejn li waqa' l-baħar. Huwa ttella’ mill-baħar u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika. Sfortunatament, żjed tard huwa ġie ċċertifikat mejjet.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.