Sewwieq ta' mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta ma' karozza

Żagħżugħ ta' 28 sena minn Ħal Tarxien u tfajla ta' 27 sena involuti f'ħabta f'Birżebbuġa

Żagħżugħ ta' 27 sena minn Ħal Tarxien jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f'inċident tat-traffiku bil-mutur tiegħu, meta kien qed isuq f'Birżebbuġa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien hemm impatt bejn mutur tat-tip Yamaha Crypton u karozza tal-għamla Toyota Tercel.

Il-mutur kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn l-ajruport minn raġel ta’ 28 sena residenti Ħal Tarxien filwaqt li l-vettura kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta minn mara ta’ 27 sena li toqgħod Ħal Qormi.

Ir-raġel ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard il-Pulizija ġiet infrumata mill-Isptar li huwa jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr C Stafrace Zammit LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka