Jaqgħu brikks minn fuq trakk u jolqtu mutur...

Mutur li kien għaddej minn Triq l-Avjazzjoni intlaqat minn brikks li waqgħu minn fuq trakk...

Numru ta' Brikks waqgħu minn fuq trakk u laqtu mutur
Numru ta' Brikks waqgħu minn fuq trakk u laqtu mutur

Aktar kmieni llum wara nofsinhar għall-ħabta tas-13:15, seħħ inċident fi Triq l-Avjazzjoni, il-Gudja, fejn fih mutur, intlaqat minn numru ta' brikks li waqgħu minn fuq trukk tat-tip DAF misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Birżebbuġa. 

Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett, flimkien ma’ ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur, ġuvni ta’ 23 sena residenti Ħ’Attard, l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa, ġie kkonfermat li huwa ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija mid-Distrett taż-Żejtun għadhom għaddejjin. 

Il-Mutur milqut bil-brikks
Il-Mutur milqut bil-brikks

More in Kronaka