Splkużjoni ta' tyre ftit ħin ilu fl-inħawi tal-ħanut Scan,fit-Triq Aldo Moro. Jidher illi bdew jaslu l-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post u ambulanza li ħadet lil-tnejn minn nies l-isptar.
L-aċċident wassal għal konġestjoni qawwija fl-inħawi.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar rriżulta li allegatament seħħet spluzjoni f’vann tat-tip Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi. B’kosegwenza ta’ din l-ispuzjoni l-vann baqa’ dieħel ġo arblu. Flimkien mas-sewwieq kien hemm raġel ta’ 45 sena residenti n-Naxxar.
Raġel ta’ 37 sena residenti Ħaż-Żabbar li kien qiegħed isuq Opel Zafira sofra xi ġrieħi b’kawża tal-isplużjoni. Fuq il-post issejħu diversi ambulanzi li ħadu lit-tliet persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post tal-inċident issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin