Libjan ta' 33 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f'argument f'San Ġiljan.
L-inċident seħħ iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-1:45am, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna feruta fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li Libjan ta’ 33 sena kien sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’argument ma’ persuna oħra. B’dan ta’ l-aħħar jaħrab minn fuq il-post.
Il-Libjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.